Merħba għall-Kunsill Lokali tal-Qrendi
Ikkuntattjana
Ibgħatilna Imejl
Previous slide
Next slide
200 sena ilu
Għalkemm il-popolazzjoni tal-Qrendi sa nofs is-seklu li għadda ma kinitx taqbeż l-2000 abitant hija kellha sehem importanti fl-amministrazzjoni lokali tagħha.
 
L-ewwel eżempju kien fi żmien l-amministrazzjoni Franċiża. Il-proklama tat-13 ta’ Ġunju 1798 maħruġa minn Napuljun Bonaparte ordnat li Malta tinqasam f’numru ta’ ‘kantoni’.
 
Fit-22 ta’ Ġunju 1798 jiġifieri wara li Bonaparte telaq minn Malta, il-Gvern Franċiż stabbilixxa li l-Qrendi għandu jifforma parti mill-Muniċipalità tas-Siġġiewi.
 
Madankollu, fid-dawl li l-Maltin rribellaw kontra l-Franċiżi, din il-Muniċipalità ma ħadmetx u twaqqaf kungress mill-Maltin. Gregorio Mifsud, Tabib Qrendi mwieled fl-1759 u residenti r-raħal kien jirrappreżenta lill-Qrendi.
Fl-ewwel jiem tal-Ingliżi u partikolarment wara l-proklamazzjoni tad-9 ta’ Mejju 1801 il-Qrendi kellu l-“LUOGOTENENTE” tiegħu. Madankollu wara t-28 ta’ Mejju 1815, fi żmien il-gvernatur ta’ Thomas Maitland, Malta nqasam f’sitt distretti u l-Qrendi sar parti mid-distrett ta’ Ħal Qormi.

Minn hemm segwitu sensiela ta’ deputat “LUOGOTENENTE” sal-1839, meta l-Kummissjoni Rjali reġgħet organizzat id-distretti u issa l-Qrendi kienu jiffurmaw parti mid-distrett taż-Żurrieq li kien jinkludi wkoll Ħal Safi u Ħal Kirkop. Is-Sindku kien Dr Giuseppe Preziozi.

Segwew numru ta’ bidliet fil-konfini tad-distretti bil-Qrendi jifforma parti mill-5 u wara s-7 distrett sal-1896 meta tneħħiet is-sistema. L-aħħar Sindku kien Dr Rocco Carbone.

Referenza Winston L. Zammit – Forom ta’ Gvern Lokali fil-Gzejjer Maltin.

Fl-1993 il-Parlament Malti għadda l-leġiżlazzjoni dwar il-Kunsilli Lokali u fl-20 ta’ Novembru 1993 saru l-ewwel elezzjonijiet lokali f’numru ta’ lokalitajiet. Il-Qrendi kien wieħed minn dawn l-ewwel lokalitajiet.